Illum huwa jum importanti għall-avukat Mark Grech hekk kif flimkien ma’ martu ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ. Hu kiteb fuq il-midja soċjali fejn qal, “għadni kemm iżżewwiġt lill-aqwa ħabiba tiegħi.”

Faċilment li wieħed jista’ jgħid li Mark Grech huwa raġel b’ħajja impenjattiva immens. Apparti li huwa avukat, huwa wieħed mill-imħuħ wasa diversi programmi ta’ suċċess kbir mal-Maltin bħal ngħidu aħna Master Chef u X Factor Malta. Ta’ dan tajjeb li wieħed jirringrazzjah ta’ kemm qed ikollna x’naraw fuq it-televiżjoni tagħna!

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil din il-koppja f’dan il-jum tant speċjali għalihom u nittamaw li kellkom ġurnata eżatt kif xtaqtuha intom!

Facebook/Mark Grech


Gwida.mt