Il-kantant Justin Bieber u l-mudella Hailey Baldwin illum iżżewġu għat-tieni darba lil xulxin!

Dan kif? Eżatt sena ilu, f'Settembru tal-2018, huma żżewġu b'ċeremonja ċivili iżda llum huma taw il-kunsens tagħhom lil xulxin uffiċjalment.

Huma żżewġu ġewwa North Carolina f'tieġ żgħir u intimu.

Justin u Hailey iltaqgħu għall-ewwel darba 10 snin ilu, wara li ntroduċihom missiera stess!

View this post on Instagram

A post shared by Justin Bieber (@justinbieber) on

Imma Justin ma jista jagħmel xejn bla ma joħloq ftit tal-kontroversja. Dan għaliex dawk li ffrekwentaw l-istess lukanda li fiha żżewweġ hu, ma tħallewx jużaw il-pixxina, l-ispa u lanqas ir-ristorant, wara li ħallsu elf ewro kull lejl! Dan biex hu flimkien mal-mistednin tat-tieġ, ikollom aċċess totali għall-faċilitajiet kollha tal-lukanda.

Immaġinak tħallas elf ewro l-lejl biex ma tkun tista' tagħmel xejn fil-lukanda ħlief torqod!


Luke Borg