B’kollox ġew sottomessi 120 kanzunetta għat-48 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn il-ġurija komposta minn ħames ġurati għażlet il-41 kanzunetta semifinalista.

Din hi l-lista f’ordni alfabetika tal-kanzunetti li għaddew għas-semifinali ta’ L-Għanja tal-Poplu kif ikkonfermat minn nutar:

  • Ballata
  • Bil-Jekk u Bil-Jewilla
  • Ċar Kristall
  • Daħkan
  • Daqqa ta’ Pinna
  • Dik L-Id
  • Dil-Ħolma
  • Fissidni
  • F’Oħrajn
  • Għal Fejn?
  • Għawdex Tiegħi
  • Għażiża
  • Ħbieb tal-Ħbieb
  • Il-Gżira tal-Burdell
  • Il-Poeta ta’ Ftit Kliem
  • Inkiss Inkiss
  • Int Kapaċi
  • Jien Min Jien
  • Jiena Missier
  • Kanna Kanun
  • Kelma Ħielsa
  • Klandestin
  • Munita B’Żewġ Uċuh
  • Munita Fil-Funtana
  • Nafu Nħobbu Wkoll
  • Namra
  • Niġġudikaw
  • Oħlom
  • Qsamt it-Triq
  • Sinfonija
  • Stejjer t’Umdita
  • Straight
  • Tal-Elit
  • Tgħanniqa
  • Tini Tgħanniqa
  • Tinkwetax
  • Tlaqna!
  • Venven
  • Xejn M’Għadu L-Istess
  • Xi Tkun?
  • X’Imkien Ieħor

It-tieni fażi tal-għażla hija s-semifinali li se ssir fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2024 fil-Valletta Design Cluster. L-Għanja tal-Poplu se jittella’ fit-3 ta’ Awwissu 2024 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.


Bradley Cachia