Xi xhur ilu tħabbru r-regolamenti tal-Malta Eurovision 2023 fejn fost l-oħrajn tħabbar li din is-sena ser ikunu qed jgħaddu 40 kanzunetta għat-tieni fażi. It-tieni fażi ser iġġib magħha kwarti finali.

Minn dawn l-40 kwartifinalisti, li ser jikkompetu fuq medda ta' erba' ġimgħat, 10 kanzunetta kull darba, ser jgħaddu 24 għas-semifinali. 

Hemm minn dawk l-24 semifinalista jinżlu għal 16-il finalist fejn minnhom tirbaħ kanzunetta waħda li ser tirrappreżentana ġewwa Liverpool fir-Renju Unit. Dawn huma l-40 kanzunetta li ser jikkompetu fil-fażi li jmiss.


Kyle Zarb