16-il sena ilu, l-Mro. Aurelio Belli u martu Gloriana qalu iva lil xulxin. Il-mużika żgur li hija passjoni kbira għalihom it-tnejn, lil Mro. Belli rajnieh f'avveniment kbar bħal Rockestra u Mużika Mużika, filwaqt li lil Gloriana rajnieha riċentament bħala parti mill-grupp Qalb waqt Mużika Mużika ta' din is-sena. Hija wkoll il-kantanta residenti tista' tgħid tal-programm Xow.

F'dan il-jum tassew għażiż għalihom, Aurelio jaqsam ritratt tiegħu ma' Gloriana fejn jiktbilha, "Jista’ jkun li nbidlna minn meta żżewiġna 16-il sena ilu, iżda permezz ta’ dan ersaqna aktar qrib. Inħobbok ħafna! L-anniversarju t-tajjeb Gloriana."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbhom. Nafu li tul l-aħħar snin ma kellhom vjaġġ faċli minħabba l-isfidi li kellu b'saħħtu Aurelio, iżda ċertament li mumenti bħal dawn wasslu biex il-koppja jkunu aktar viċin xulxin. Kif jgħidu, fit-tajjeb u l-ħażin. Awguri mill-qalb għeżież. Nawgurawlkom ħafna saħħa, paċi u hena f'qalbkom u f'ħajjitkom.


Emil Calleja Bayliss