Fl-episodju tal-bieraħ, Nicola għażlet lil Andriy minflok Dale biex tkun f’koppja miegħu. Dale ma ħax din id-deċiżjoni b’mod tajjeb, u stqarr li minħabba dawn is-sitwazzjonijiet jiddejjaq jiftaħ qalbu u jkun vulnerabbli. Għalkemm, Nicola assiguratu li r-raġuni tad-deċiżjoni tagħha m’hijiex li Dale kien vulnerabbli magħha.

“M’għandekx għalfejn tkun hawn onestament” qalilha Dale, wara li marret tkellmu. Il-konversazzjoni ma spittxatx fuq nota pożittiva, hekk kif naraw lil Dale irrabjat ħafna bis-sitwazzjoni. Madanakollu, Nicola tixtieq li Dale jiġġieled għaliha u juriha kemm iridha.

Ara l-konversazzjoni HAWN.


Nicole Zammit