Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Christine Amaira qasmet mas-segwaċi tagħha esperjenza xejn sabiħa li bħalissa qed tgħaddi minnha.

Bdiet billi qalet, “Kjarifika, iva din ġrat lili. Qed tiġri lili. Mhux xi rakkont. Mhux xi ħaġa li smajt.  Mhux sensazzjonaliżmu. Għejjejt nistenna li jieqfu jinvadewli dari! Ma kellix alternattiva ħlief li nitkellem!”

Kompliet billi qalet, “Spiċċajt homeless! Xtrajt dari u bilkemm ilħaqt fraħt biha. Tefgħuni 'l barra. F’temp ta’ tliet xhur daħluli (jew pruvaw jidħluli) tliet darbiet. Armati bis-skieken għamlu l-istess fil-blokok tal-madwar. Jidħlu, jisirqu u jheddu lil min jinzerta hemm.”

Żiedet tgħid, “Sakemm spiċċajt kelli noħroġ minn dari. Imwerwra nidħol kull filgħodu, nitlob l’Alla li ma nsibx taqlib jew agħar lil xi ħadd ġewwa lest għalija. L-ansjetà li ħakmitni diffiċli tispjegaha. Din ir-realtà li qed ngħix jien illum, f’pajjiżi.”

Facebook/Christine Amaira


Charlton Cefai