Dawn it-tnejn żgur li tafuhom u kienu xi darba jew oħra fuq Gwida.mt ukoll! Iltaqgħu wara 30 sena! Kienu jikkompetu kontra xulxin u 30 sena wara spiċċaw it-tnejn fuq is-siġġu tal-ġurat jivvutaw u jħallu l-kummenti tagħhom lill-kantanti ta' għada! Kif darba kienu huma stess.

Qed nitkellem fuq Chantal Michelle li rajnieha ssaħħar lil kulħadd fuq X Factor Malta u Rosman Pace li barra li hu kantant bravu mmens, hu wkoll kompożitur u awtur mill-aqwa! Dan l-aħħar ħabbarnieh bħala wieħed mill-ġurija til-programm ta' Spiter Lucas Entertainment.

Ritratt: Facebook / Rosman Pace

Rosman u Chantal iltaqgħu ġo festival żgħir imtella' minn Ally-El Entertainment! Iż-żewġ kantanti kienu jinsabu ġurija jammiraw u fl-istess ħin jgħaddu l-ġudizzju tagħhom. Xi darba kienu huma stess f'din il-pożizzjoni!

Il-kantant Rosman Pace fuq il-mezzi soċjali tiegħu qasam ritratt sabiex ifakkar din il-memorja! Memorja mill-isbaħ! Minn żewġt itfal bi trofej f'idejhom, illum il-ġurnata t-tnejn kantanti fix-xena lokali!

Ritratt: Facebook / Rosman Pace

Żgur li dan jawgura tajjeb għal kantanti li kienu qed jikkompetu f'dan il-festival! Aħna ta' Gwida.mt nawguraw li t-talent ikompli jikber ġewwa pajjiżna bl-aħjar mod possibbli.

Facebook / Rosman Pace


Emil Calleja Bayliss