Matthew u Mario ħbieb kbar u ta' spiss narawhom flimkien f'xi proġett flimkien. Jidher li bdew jaħdmu fuq xi ħaġa, iżda Matthew ma tax wisq dettalji. Kulma kiteb f'ritratt li qasam ma' Mario fuq is-sett tal-programm Uwejja hu dan, "Jien u dan iż-żagħżugħiltqajna madwar xi 9 snin ilu, ċirka dawn iż-żminjiet u qatt ma ħarisna lura."

Hu jżid, "Għandna memorji aktar daqs kemm għandna tul u piż f'daqqa u ser ikomplu jiżdiedu bħar-raċanċ. Grazzi amico ta' din il-ħbiberija sinċiera u ta' kif aħna d-di u d-do... jekk dejjem irid għandna xi ħaġa dalwaqt li ser naqsmu magħkom. Inħobbok ja dimonju żgħir ikkastrat Mario Cassar."

Ikollna nistennew ftit ieħor biex naraw x'għandhom lest għalina dawn it-tnejn! Żgur li se nitbissmu b'dak li qed iħejju.


Emil Calleja Bayliss