Il-kantant veteran Freddie Portelli llum qed jiċċelebra għeluq it-80 sena tiegħu. Il-Maltin, kemm kbar u kemm żgħar, jafuh, u jafu wkoll id-diski tiegħu, speċjalment ‘Viva Malta’ u ‘Mur Ħallini’!

Il-karriera ta’ Portelli fiha aktar minn 40 sena ta’ storja. Hu beda bħala kittieb mal-grupp The Malta Bums, u dan il-grupp daqq f’diversi pajjiżi, fosthom l-Amerika, il-Kanada, u l-Ġermanja. Meta ġie Malta mbagħad fl-1966 kiteb id-diska ‘Viva Malta’, li saret popolari mhux biss f’pajjiżna stess, iżda anka barra minn xtutna. Fis-sebgħinijiet, Freddie iżżewweġ lil Carmen, li flimkien kellhom żewġt itfa: Claudette u Yvette.

 


Nicole Zammit