Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said kitbet dwar ħuta kbira oħra li nqabdet mill-baħar tagħna. Bħalissa għaddej l-staġun tat-tonn, u jidher li s-sajjieda lokali qed ikollhom qabdiet sostanzjali.

"L-istaġun tat-tonn fl-aqwa tiegħu hekk kif illum is-sajjieda daħlu tonn ta’ madwar 300kg, ġewwa l-Veċċja San Pawl il-Baħar. L-investiment ta’ hoist li sar mill-Gvern f’din iż-żona qed iservi biex innaqsu t-tbatija tas-sajjieda meta jiġu biex iniżżlu l-qabdiet tal-ħut minn fuq id-dgħajsa."

Prosit! 

Facebook/ Alicia Bugeja Said


Kyle Zarb