Illum tiċċelebra għeluq sninha Diane Stafrace, lil Diane ħafna jafuha mill-Eurovision Song Contest tal-1999 meta kienet tifforma parti mit-trio Times Three. Barra minn hekk, Diane kellha suċċess ukoll fl-imudellar.

Oħtha Moira, f'dan il-jum speċjali ħallietilha messaġġ filwaqt li qasmet xi ritratti tagħhom flimkien u mal-ġenituri tagħhom. Hi qaltilha, "Għażiża oħt.. illum imissek li żżid ċifra oħra ma' l-età tiegħek. Jimmarka sena oħra... u nisperaw li b'inqas uġigħ ta' qalb. Tagħna kienet gidma iebsa biex tomgħodha."

Hi tkompli tgħid, "Għal grazzja t'Alla kellna lil xulxin biex naqsmu it-tiċrit u d-dwejjaq... Kull ma nixtieq għalik hija aktar imħabba. Aktar ferħ u aktar saħħa. Aktar sbuħija minn ġewwa (ghax fuq barra hemm biżżejjed) għalkemm mhux għeluq sninek li kont qed tistenna.,. se jkun aħjar minn tiegħi żgur!"

Moira b'ċajta tgħidilha, "Għalmenu tista' dduq il-kejk tiegħek. Grazzi lil ommna u lil missierna talli tawk ħajja ta' mħabba. J'Alla d-dawl tagħhom jiddi f'qalbek... fit-tbissima tiegħek... Inħobbok oħt u nimmissjak ħafna. Dak li qsamna kien prezzjuż." 

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Diane l-isbaħ xewqat f'dawn iż-żminijiet u nittamaw li jkollha sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha. 

Facebook / Moira Stafrace


Emil Calleja Bayliss