Ira Losco tirritorna fuq il-palk tal-MFCC bil-preżenza tagħha waqt it-tielet edizzjoni ta' Mużika Mużika! Ira llejla tatna diversi siltiet mill-passat li żgur jibqgħu fost il-favoriti fosthom Fejn Staħbejtli? u Tbissem.

Madanakollu naqblu li l-akbar sorpriża kienet il-verżjoni bil-Malti tal-kanzunetta Hey Now! Hey Now kisbet suċċess kbir, u anka rajna prestazzjoni tagħha LIVE ta' Ira ma' Owen Leuellen waqt l-ewwel edizzjoni ta' X Factor li ħalliet impatt qawwi.

Ċertament iżda li tal-lejla ħalliet impatt kbir ukoll hekk kif in-nies qed ikomplu jaraw il-lingwa Maltija tieħu l-ħajja b'kull mod possibbli!

Bravissima!

TVMi / Festivals Malta


Kyle Zarb