Jason Micallef, iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency qal kelmtejn dwar it-3 ijiem maġiċi ta’ MUŻIKA MUŻIKA li issa ġew fi tmiemhom bir-rebħa ta’ Gianluca Bezzina. Filwaqt li rringrazzja t-tim kollu, qasam mas-segwaċi tiegħu dewqa żgħira tal-ħidma wara l-kwinti.

“MUŻIKA MUŻIKA inbena fuq sisien sodi bl-ewwel edizzjoni taħkem mill-ewwel l-entużjazmu tal-artisti u l-poplu Malti. Is-suċċess żdied bit-tieni edizzjoni, u kompla jikber fl-aħħar jiem fi tmiem tat-tielet edizzjoni. L-akbar sfida, li mhux se tkun sfida zgħira, issa hi li MUŻIKA MUŻIKA jżomm il-livell li lħaqna, u possibilment anke ntejbuh. Dan kollu ma kienx ikun possibbli li kieku mhux għat-tim straordinarju ta' nies ta' talent kbir fil-kreattività, fit-teknika, fil-produzzjoni u l-preżentazzjoni. Tim ta' nies li jaħdmu ma' Festivals Malta u oħrajn li ġejjin mill-qasam lokali tal-kreattività. Mhux se nsemmihom b'isimhom imma persważ li tafu min intom. Tafu wkoll x'konna kapaċi nagħmlu flimkien b'tant imħabba u mpenn f'armonija daqs l-aqwa familja” kiteb.


Nicole Zammit