Id-Dipartiment tal-Informazzjoni aktar kmieni llum ħabbar investiment ta’ €300,000 mid- Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi biex issir pump room ġdida għall-pixxina tal-Waterpolo f'Birżebbuġ, wara li sar bini mill-ġdid ta’ din il-pixxina. “Permezz ta' teknoloġija moderna se tkun qed issaħħan l-ilma ta' din il-pixina sabiex tkun tista' tintuża anke fix-xhur tax-xitwa” kitbet il-paġna tad-DOI.

“L-investiment f'pump room ġdida minbarra li se takkomoda sistema ġdida li se tħaddem u ssaħħan l-ilma tal-pixxina, se tinbena b'mod li fuq is-saqaf tagħha jibda jintuża għall-użu ta' rikreazzjoni tal-pubbliku. Barra minn hekk, ser tinbena wkoll gverta li tkun tista' tgħatti l-pixxina kollha ħalli meta ma tkunx qed tintuża ma tintilifx s-sħana u b'hekk tkun aktar effiċjenti” żiedet tgħid.


Nicole Zammit