Is-surmast Lelio Spiteri qasam fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook is-sodisfazzjon kbir li ħass illum hekk kif wettaq ix-xewqa ta' student minn tiegħu, li jmur l-iskola bil-gear tal-Inter. It-tim għadu kemm rebaħ il-kampjonat Taljan. 

"Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija meta l-istudenti jħossuhom komdi tant li ma jiddejqux juruni x'jixtiequ, jaqsmu dak li jħossu u bla biża' ta' xejn juru l-opinjoni tagħhom. Dalgħodu kmieni, ftit wara l-ħamsa, omm George bagħtitli messaġġ għax binha xtaq jiġi l-iskola bil-ger tal-Inter wara r-rebħa konvinċenti li kellu t-tim..."

Lelio jkompli jgħid li, "Ma ħsibthiex darbtejn," u lill-istudent tah permess jagħmel dan. "Fil-verità, kull meta xi student jew studenta jesprimu xi xewqa, dejjem nagħmel dak kollu li nista' biex dik ix-xewqa jien ngħinhom iwettquha."

Is-surmast jirrakkonta kif l-istudent daħal tant ferħan l-iskola bil-gear, u flimkien mal-post li tefa', hu anke ħadlu ritratt bih. Prosit Lelio għal kemm tagħmel minn kollox biex tferraħ lill-istudenti.


Kyle Zarb