Persważ li l-artista Amber m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Kienet irrappreżentat lil pajjiżna ġewwa l-Awstrija fl-2015 permezz tal-kanzunetta Warrior u llum tat l-awgurju tagħha lil Sarah Bonnici li llejla ser tkun qed tiftaħ it-tieni semifinali tal-Eurovision.

Hi bdiet billi qalet, “Dar-ritratt ħadnih 9 snin ilu. Ftit wara li ġejt mill-Eurovision kienet ikkuntatjatni l-mama ta’ Sarah biex inkanta magħha f’dwett fuq programm tat-televiżjoni. Minn hemm stajt nifhem kemm Sarah hija persuna determinata u b’talent impekkabli.”

Kompliet billi qalet, “Kienet staqsietni ħafna fuq l-esperjenza tal-Eurovision. Kif inhi? Xi jkun hemm? Kif tħossok? Ilum dak kollhu li staqsejtni qed tgħixu u tesperjenzah inti. Ilejla aħna kollha warajk. Bla dubju ser tagħti l-aqwa tiegħek. Gawdi dan il-mument għax ħaqqek tkun hemm.”

Facebook/Amber


Charlton Cefai