Id-Deputat Parlamentari Amanda Spiteri Grech kitbet messaġġ ta’ kondoljanzi hekk kif sfortunatament illum ingħatat l-aħħar tislima lil Clare Busuttil.

“Illum tajniek l-aħħar tislima għażiża Clare Busuttil,” hi kitbet. “Qalbi magħfusa u mnikkta.”

“Konna skola flimkien. Kont ta’ kenn meta kelli bżonn. Grazzi ta’ kemm għamilt kuraġġ lil ta’ madwarek u ġid.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb ta’ Clare.

Facebook/Amanda Spiteri Grech


Bernard Xuereb