Proprju llum qed jiċċelebra għeluq sninu l-attur u preżentatur bravissimu Joe Farrugia, magħruf aħjar bħala d-Dulli. Fil-fatt, illum huwa jagħlaq 71 sena.

Id-Dulli huwa magħruf għas-sehem tiegħu f'sensiliet televiżivi fosthom Villa SunsetIċ-ĊaqqufaStrada StrettaNostalġija, fost oħrajn.

Bosta jiftakruh ukoll għax-xeni umoristiċi li kien jipproduċi fis-serje Sketches mad-Dulli.

Intant, illum il-ġurnata lid-Dulli narawh ġimgħa wara l-oħra flimkien ma' martu Veronica, jippreżenta l-programm Sabiħa l-Ħajja fuq ONE TV.

Nawguraw lid-Dulli l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.


Cristian Tonna