Kull sena jitfakkar il-Jum Nazzjonali tar-Receptionists fit-tieni Erbgħa ta’ Mejju fejn jagħti rikonoxximent lir-receptionists u l-kontribuzzjoni siewja li jagħmlu lill-kumpaniji fejn jaħdmu.

Ir-receptionists huma responsabbli biex jagħtu impressjoni eċċellenti lill-klijenti li jżuru l-kumpanija, kemm jekk personalment kif ukoll jekk bit-telefon. Il-ħiliet tagħhom fis-servizz tal-konsumatur għandhom rwol vitali għal kull kumpanija.

Id-Direttur tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tar-Receptionists waqqaf il-Jum Nazzjonali tar-Receptionists fl-1991 biex ikun hemm iktar apprezzament tal-irwol tar-receptionists fid-dinja tax-xogħol.

Sib ħin biex tirringrazzja lir-receptionists li taf jew lir-receptionists li jaħdmu x-xogħol tiegħek. Uri l-apprezzament tiegħek b'xi fjura, gift card, jew nb'xi kikkra kafè favorit tagħhom!


Kyle Zarb