L-eks MEP Cyrus Engerer fuq il-mezzi soċjali tiegħu, qasam dak li ġara lil stabbiliment ġo Tas-Sliema. Mhux sitwazzjoni, inċident li minkejja li kien żgħir kapaċi jkollu impatt ħafna ikbar.
Cyrus jikteb, "Illum f'Tas-Sliema, bandiera tal-qawsalla tqattgħet. Mhux mir-riħ. Mhux bil-ħin. Iżda minn xi ħadd li ma felaħx għal dak li tirrappreżenta: viżibilità, ugwaljanza, libertà. Dan ma kienx biss attakk fuq biċċa drapp. Kien attakk fuq il-komunità LGBTIQ+ f’Malta. Fuq il-progress. Fuq nies li jissieltu biex jidhru, biex ikunu siguri, biex ikunu kburin."
Hu jżid, "Lill-persuna kuraġġuża, Derya, li għażlet li ttajjar dik il-bandiera barra l-post tagħha: grazzi. Il-kuraġġ tiegħek jgħodd. U lil min qattagħha: m’intix se tirbaħ. Rajna jiem aktar mudlama u ħriġna aktar b’saħħitna, aktar kburin, aktar qawwija kull darba."
Cyrus ikompli, "Malta trid tibqa’ pajjiż fejn kulħadd jista’ jgħix b’dinjità u mingħajr biża’. Se ninbnew. Se nerġgħu nimxu 'l quddiem. Se nirreżistu. Se ntajru l-bandiera tagħna għolja. Grazzi Kaktus Café Malta talli toffru spazju sigur għal kulħadd."