Illum issoktaw it-tfittxijiet għall-kelb Vasco li issa ilu aktar minn ġimgħa mitluf.
Marinella Farrugia, sid il-kelb, esprimiet il-gratitudni tagħha hekk kif bosta kienu dawk li ngħaqdu sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom bit-tama li l-kelb jinstab, iżda ħabbret li sfortunatament Vasco għadu ma nstabx.
"M'aħniex se naqtgħu qalbna," saħqet Marinella li appellat bil-ħniena lil kull min għandu xi tagħrif dwar fejn jista' jkun il-kelb ikun pront jgħarrafhom b'dan hekk kif anke hemm premju ta' €5,000.
"Irridu biss li l-kelb li qisu parti mill-familja tagħna jerġa' lura għandna," temmet tikteb Marinella b'dieqa.
Ixxerjaw biex jinstab Vasco!
Ritratti: Facebook / Marinella Farrugia