L-attriċi lokali Joelyne Scerri ħabbret li se tkun qed tidher fid-dokumentarju li se jibda jixxandar fuq ONE mil-lejla stess. Dokumentarju li żgur se jinżel għasel ma' dawk li jħobbu jsegwu programmi storiċi u li jagħtu ħarsu lejn suġġett partikolari mmens.
Joelyne tikteb, "Ħbieb u familja, illejla jibda dokumentarju li jġib l-isem Fid-Dell Tal-Forka, fid-21:30 fuq One TV. Ibbażat fuq il-ktieb 'Kissing the Gallows' ta' Dr.William Zammit, dan il-programm jiddeskrivi u jinterpreta sensiela ta' delitti u l-kriminalità fil-Gżejjer Maltin mill-1600-1798. Produzzjoni Dee Media."
Żgur li se jkun programm li jappella għal numru ta' persuni. Interessanti li wieħed permezz ta' dan il-programm se jkollu ċ-ċans jidħol fil-passat u jħares lejn il-gżejjer Maltin minn lenti kompletament differenti.
Se tkun qed issegwi?