Il-paġna Rescued Is My Favourite Breed ippubblikat appell biex tinstab dar għal ġerwa ċkejkna u gustuża jisimha Lucy. Oħtha Lola diġa rnexxielha ssib familja u marret fid-dar il-ġdida tagħha lbieraħ, u għalhekk issa jmiss li x-xorti tmiss lil Lucy.
Fuq il-paġna kitbu, “Ilbieraħ, oħtha Lola marret id-dar, mal-familja l-ġdida tagħha. Illum imiss iż-żgħira Lucy! Lucy għandha tliet xhur u la tikber se tkun ta’ daqs żgħir medju. Hi ħelwa ħafna, kalma għal ġerwa, intelliġenti ħafna, u tkun taf x’qed jiġri. Diġa qegħdin nissoċjalizzawha ma’ nies, klieb, u qtates.”
Żiedu jgħidu, “Jekk jogħġobkom XERRDU, ħalli nsibu lil Lucy d-dar ta’ dejjem li jixirqilha. Kull interess tistgħu tindirizzawh bħala messaġġ privat lill-paġna Rescued is my Favourite Breed – Lulu Arpa.”
Facebook / Rescued is my Favorite Breed - Lulu Arpa