L-attur lokali Jeremy Grech jaqsam ritratt tiegħu qabel tilef il-piż żejjed li kellu. Hu kien 36 kilò aktar minn kemm hu illum il-ġurnata. Hu jikteb, 'Qabel (110kg) u Wara (74kg)! Il-pjaċiri tal-progress, determinazzjoni u motivazzjoni."

Hu jispjega, "Huwa kollha lineari? Ovvjament le, ikun hemm ġranet li rrid niekol dak kollu li nista' nara, oħrajn fejn il-piżijiet inħosshom tqal wisq, xi ġranet ma mmrux il-gym. Hemm ġrieħi, ġlidiet u marki permanenti. Imma mbagħad niftakar għaliex bdejt dan il-vjaġġ. B'mod ġenerali, il-progress muri matul dawn l-aħħar ftit snin kemm mentalment kif ukoll fiżikament huma definittivament ta' min japprezzahom. Iżda dan ma kienx ikun possibbli li kieku ma kienx għal xi nies ta' ispirazzjoni u gyms tajbin!"

Hu jżid, 'U lil dawk fil-vjaġġ tagħhom lejn stil ta' ħajja aktar b'saħħtu, kunu paċenzjużi magħkom innfuskom, ftit sforz imur triq twila. Jekk diġà qiegħed f'dik it-triq, awguri għas-saħħa tiegħek. Sib xi ħaġa li taħdem għalik! Dak li għamilt jien."

Jeremy jtemm jgħid li wieħed għandu jagħmel dan il-vjaġġ u jieħu gost waqt li għaddej bih! B'hekk biss jista' jkun ta' suċċess.

Facebook / Jeremy Grech


Emil Calleja Bayliss