Permezz ta' regola ġdida maħruġa mill-Unjoni Ewropea, anke jekk stess prodott ma jkunx għadu kopert mill-garanzija, l-manifattur xorta waħda kostrett li jirranġah dak il-prodott jekk dan iġarrab xi ħsarat.

B'584 vot favur, 3 kontra u 13-il astenzjoni, il-Parlament Ewropew ivvota favur id-"dritt għat-tiswija", li jmur lil hinn mill-perjodu ta' sentejn.

Dan ir-regolament japplika l-aktar għal prodotti fosthom magni tal-ħasil, televixins, mowbajls, u bosta oħrajn.

Min-naħa tiegħu, il-manifattur huwa kostrett li jsewwi l-prodott għal prezz raġenevoli u f'tul ta' żmien li huwa meqjus aċċettabli.

Taqblu ma' dan?


Cristian Tonna