Fil-jiem li ġejjin mistennija joħorġu r-regoli tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta' din is-sena! Il-kumitat fuq il-paġna soċjali tiegħu ħabbar id-data u l-post ta' fejn se jkun qed isir il-konkors ta' din is-sena.

Wara waqfa ta' sena, il-konkors irritorna fi Pjazza Teatru Rjal is-sena li għaddiet iżda din id-darba se jkun qed jimxi ġewwa Dar Il-Meditteran Għall-Konferenzi fil-Belt Valletta! Għażla għaqlija mmens.

Is-sena li għaddiet, il-kantanta żagħżugħa Eliana Gomez Blanco rebħet l-edizzjoni permezz tal-kanzunetta Kannizzata fuq kliem u mużika ta' Ray Agius u Alfred C. Sant. Il-kantant Ishmael spiċċa fit-tieni post permezz tal-kanzunetta Tfajjel Ruxxan u l-kantanta Francesca Sciberras spiċċat fit-tielet post bil-kanzunetta Benninni.

Nawguraw lill-kantanti, kompożituri u awturi li qed jitħajru jieħdu sehem fil-festival ta' din is-sena! Żgur li se tkun ċelebrazzjoni tal-mużika Maltija!

Facebook / Konkors Kanzunetta Indipendenza


Gwida.mt