Avveniment ieħor bl-isem ‘Stephen Schwartz: Defying Gravity - Live in Concert’, li fiha l-kompożitur u liriku ta’ fama dinjija Stephen Schwartz, mistenni jasal Malta tliet xhur oħra.

Il-kunċert ħa jsir fid-29 ta’ Settembru fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. L-udjenza ser tgawdi wħud mill-aktar siltiet milqugħin tiegħu. L-avveniment iwiegħed li ser tkun lejla mimlija melodiji familjari u li tista’ tgawdi l-familja kollha.

‘Wicked’, dan l-aħħar ġibed l-attenzjoni hekk kif l-adattament tal-film li fih il-protagonista hi Ariana Grande, ġie mħabbar li ser joħroġ f’Novembru ta’ din is-sena. Il-biljetti huma limitati għal ‘Stephen Schwartz: Defying Gravity - Live in Concert’ fejn se jkunu disponibbli fuq Shows Happening.

Instagram/ wickedschwartz


Kyle Zarb