Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Georgina Abela li żgur m'għandha bżonn ta' ebda introduzzjoni! Il-kantanta rrappeżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1991 flimkien ma' Pawlu Giordimaina u kienet parti mill-kitba tal-kanzunetta Little Child u wkoll Another Summer Night.

F'dan il-jum għażiż għal Georgina, Tristan B jgħaddilha messaġġ sabiex jawguralha l-isbaħ xewqat f'dan il-jum. Hu jgħidilha, "Il-kliem mhux biżżejjed biex nuri l-gratitudni tiegħi li għandi lilek f'ħajti, Alla jbierkek, u minn qalbi, nawguralek l-aħjar f'dan il-jum speċjali u dejjem Gorga, happy birthday."

F'isem it-tim kollu ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha sena pożittiva mimlija avventuri sbieħ, ninsabu ċerti li se jkollna ċ-ċans li narawha f'aktar avveniment fejn nitpaxxew bil-vuċi stupenda tagħha!

Awguri Georgina!

Facebook / Georgina Abela


Emil Calleja Bayliss