Huma qalu, “Il-Jum Internazzjonali fejn kulħadd jista' jieħu l-kelb ix-xogħol (Take Your Dog To Work Day) jiġi ċċelebrat kull sena fil-21 ta’ Ġunju. Din l-idea qabdet sew fl-Ingilterra iżda għadha lura f’pajjiżi oħra. Dan il-Jum beda fl-1999 u jonora wieħed mill-aktar annimali domestiċi maħbubin tagħna.”

Żiedu jgħidu, “Għal ħafna minna, l-aktar parti diffiċli tal-ġurnata hija li jkollna nħallu lill-ħbieb tagħna b'erba' saqajn id-dar biex immorru x-xogħol. Instab li l-klieb jagħtu gost fuq ix-xogħol u jnaqqsu l-istress b'mod inkredibbli. Apparti minn hekk, il-preżenza tal-klieb tinkoraġġixxi aktar interazzjoni, peress li l-kelb huwa icebreaker kbir.”

Qalu wkoll, “Ħafna kumpaniji fejn il-ħaddiema jieħdu l-klieb magħhom sabu li żdiedet il-komunikazzjoni u saħansitra ġiet reġistrata aktar ħidma. Min jaf, forsi l-imgħallem tiegħek li qed jaqra dan l-artiklu jikkonvinċi ruħu, u xi darba jkollok il-kelb bilqiegħda ħdejn l-iskrivanija tiegħek!”


Charlton Cefai