Illum, 5 ta’ Mejju, id-dinja tiċċelebra il-jum internazzjonali tal-annimali domestiċi. Bosta minnha li jħobbu l-annimali jaf għandu xi kelb jew qattus id-dar, iżda hemm min imur oltre min-norma u jdaħħal xi fekruna, jew xi pappagall, fost oħrajn.

Din il-ġurnata twaqfet mill-American Veterinary Medical Association fl-1981 biex tqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji li jġib miegħu annimal fid-dar. Fost il-benefiċċji jikludu: l-opportunità li tkun aktar attiv u soċjevoli peress li tkun qed tilgħab magħhom, speċjalment il-klieb, titnaqqas il-pressjoni fid-demm u anka l-kolesterol. Dawn l-annimali ħbieb tagħna jgħinuna wkoll ma nħossuniex weħidna u jistgħu b’hekk jgħinu fid-dipressjoni.


Nicole Zammit