Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Illum Ma’ Steph qasmu mas-segwaċi tagħhom intervista interessanti immens ma’ Mary Jane Cutajar u John F.Xuereb.

Huma qalu, “Il-ħajja tista’ tinbidel f’ħakka t’għajn! Hekk ġara għal Mary Jane Cutajar u John F. Xuereb li ħajjithom inqalbet ta’ taħt fuq. Qegħdin hawnhekk sabiex iwasslulna messaġġ ta’ kuraġġ u tama. Kull ġurnata hija rigal għalina lkoll!”

Qasmu wkoll mas-segwaċi tagħhom filmat li fih hemm l-intervista ma’ Mary Jane u John. Fost l-oħrajn, Mary Jane tkellmet dwar meta t-tobba qalulha li għandha bejn 3 u 5 snin ħajja fejn qalet li minn dakinhar l’hawn għaddew 3 snin.

Tistgħu ssegwu l-bqija tal-intervista hawn:


Charlton Cefai