Il-Gvern ta’ koalizzjoni ta’ Spanja qal li se jkun qed ineħħi premju nazzjonali għall-ġlied tal-barri, u qajjem rabja minn partitarji tal-ispettaklu kontroversjali – għalkemm l-aħbar kienet milqugħa mill-gruppi tad-drittijiet tal-annimali.

Il-Ministeru tal-Kultura ta’ Spanja qal li bbaża d-deċiżjoni tiegħu li jabolixxi l-premju fuq ir-realtà soċjali u kulturali l-ġdida fi Spanja fejn l-inkwiet dwar il-benessri tal-annimali żdied filwaqt li l-attendenza fil-biċċa l-kbira tal-ġlied tal-barri naqset.

“Il-Maġġoranza kbira tal-Ispanjoli huma mħassba dwar il-benessri tal-annimali, u għalhekk ma nemmniex li hu xieraq li jinżamm premju li jippremja forma ta’ abbuż tal-annimali”, qal il-Ministru tal-Kultura Ernest Urtasun, li jappartjeni lill-grupp tax-xellug Sumar.


Bernard Xuereb