Il-paġna uffiċjali tal-Forzi Armati Ta’ Malta kitbu dwar evakwazzjoni medika ta’ persuna u rringrazzjaw l-Isptar Mater Dei tal-assistenza.

Kitbu, “Waranofsinhar, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għas-Salvataġġ ta’ Malta (RCC) kkoordina l-evakwazzjoni medika ta’ persuna li kienet teħtieġ assistenza medika immedjata minn bastiment tas-sajd bil-bandiera Maltija li kien madwar 78 mil nawtiku fil-Lvant-Nofsinhar ta’ Malta.”

Żiedu jgħidu, “Ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-ekwipaġġ ta’ salvataġġ u tabib mediku tal-AFM intbagħtu immedjatament fil-post sabiex iwettqu l-evakwazzjoni. Il-pazjent ġie evakwat b’suċċess bl-ajru u ingħata għat-tmexxija tat-tim mediku tal-Isptar Mater Dei għal aktar trattament.”

Kitbu wkoll, “Il-Forzi Armati ta’ Malta jixtiequ jirringrazzjaw lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei għall-assistenza u l-kollaborazzjoni tagħhom waqt din l-operazzjoni.”

Facebook / Armed Forces of Malta (AFM)


Gabriella Borg