Fl-aħħar aħbarijiet tal-Eurovision għadu kemm ġie ppubblikat li l-biljetti għall-edizzjoni ta' Mejju 2024 ġewwa Malmo, waslu biex jitilqu.

Fil-fatt il-paġna uffiċjali tħabbar li l-biljetti se joħorġu għall-bejgħ nhar it-Tlieta 28 ta' Novembru fl-10:00 CET. 

Il-biljetti se jkunu disponibbli għall-wirjiet kollha li se jsiru fl-arena tal-Eurovision Song Contest mis-sit Ticketmaster. Il-wirjiet jinkludu:

L-Ewwel Semi Finali:

Spettaklu ta' filgħaxija: It-Tnejn 6 ta' Mejju (Jury show)
Spettaklu ta' wara nofsinhar: it-Tlieta 7 ta' Mejju (Family show)
Il-wirja televiżiva LIVE: It-Tlieta 7 ta’ Mejju

It-Tieni Semi-Finali:

Spettaklu ta' filgħaxija: L-Erbgħa 8 ta' Mejju (Jury show)
Spettaklu ta' wara nofsinhar: Il-Ħamis 9 ta' Mejju (Family show)
Il-wirja televiżiva LIVE: Il-Ħamis 9 ta’ Mejju

Gran Finali:

Spettaklu ta' filgħaxija: Il-Ġimgħa 10 ta' Mejju (Jury show)
Spettaklu ta' wara nofsinhar: is-Sibt 11 ta' Mejju (Family show)
Il-wirja televiżiva LIVE: Is-Sibt 11 ta' Mejju

Kurżità dwar il-Eurovision ta' din is-sena! Meta nagħtu ħarsa lejn id-djar tal-imħatri bħalissa jidher li l-Israel, pajjiż li qed jissemma ħafna dal-aħħar minħabba s-sitwazzjoni, qiegħed fil-quċċata tal-klassifika - li jfisser li hu l-favorit li jirbaħ s'issa.

Malta tinsab fis-37 post minn 41 pajjiż. Sintendi dan ma jfisser xejn għaliex kull ma ħarġet għadha kanzunetta waħda, ta' Franza.


Kyle Zarb