Kevin Borg, kantant Malti b’suċċess kemm f’pajjiżna u lil hinn minn xtutna, qiegħed jiċċelebra l-iktar suċċess riċenti tiegħu. Il-filmat mużikali tad-diska ‘Wild’ ħadet l-ewwel post fi klassifiki differenti ta’ siti ċiniżi. “Inkredibbli... Nirringrazzja lil dawk kollha li huma involuti f’dan il-proġett massiv” kiteb il-kantant.

Dan iżda m’huwiex l-ewwel suċċess li kellu barra minn xtutna, hekk kif il-vuċi tiegħu u l-perseveranza wassluh biex jirbah l-Idol Svediż fl-2008, u rebaħ bosta premji tal-mużika.

Facebook / Kevin Borg


Nicole Zammit