Il-paġna Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division għal darb'oħra xerrdet xi ritratti meħudin waqt il-ħidma ta' tant persuni li qed jiddedikaw tant enerġija biex madwarna jkun nadif u fi stat tajjeb.

"Il-ħidma tagħna ma taqta' xejn... 24 siegħa kuljum... sebat ijiem fil-ġimgħa... matul is-sena kollha. Dan hu Is-Servizz Pubbliku... din hija Clean Malta - Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni taħt it-tmexxija tad-Direttur Ġenerali Ramon Deguara fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika."

Madankollu jeħtieġ il-parti tagħna lkoll. Ma jistax ikun li nibqgħu niddisrispettaw l-ambjent tagħna u ma nieħdux ħsieb. It-tim jappella biex kull min jara xi vandaliżmu jew għemil illegali, jirrapporta.

Għandkom tinkludu l-pin location u twasslu r-rapport tagħkom fuq HAWN jew inkella tista' tagħmel dan permezz tal-app.


Kyle Zarb