Id-direttur magħruf magħkom is-segwaċi tat-televiżjoni Steven Dalli tkellem f'intervista ma' Malta Independent fejn qasam l-esperjenza tiegħu tal-kundizzjoni magħrufa bħala Tourette Syndrome. Hu skopra li għandu din il-kundizzjoni propju tmien snin ilu, u jisħaq li minkejja dan xorta waħda dejjem irnexxa f'ħajtu f'dak kollu li għamel.

Steven jgħid li meta mar jiċċekkja dwar dak li kien qed iħoss mhux mill-ewwel indunaw b'din il-kundizzjoni minħabba li m'hawnx għarfien biżżejjed. It-Tourette twassal lill-persuna tagħmel ċerti movimenti u ħsejjes li min ma jkunx mgħarraf dwar il-kundizzjoni, ma jifhimx mill-ewwel. Meta kien ikollu xi biċċa xogħol li ħa tieħu l-ħin, javża lill-kollegi tiegħu dwar dan il-fatt personali biex ikunu jafu, speċjalment jekk ma jkunux jafu lil xulxin.

Steven jirrakkonta meta darba ltaqa' ma' tifel żgħir li kellu t-Tourette syndrome u li kien qed jaspira li jsir attur. Jisħaq kemm imbuttah biex jemmen fil-ħolm tiegħu u jsegwi l-ambizzjonijiet tiegħu. Fortunatament dan it-tifel sema' mill-parir tiegħu u spiċċa biex kellu sehem f’serje televiżiva popolari Maltija. 

Steven qed jipprova jżid l-għarfien dwar it-Tourette Syndrome billi waqqaf paġna fuq Facebook biex ikun hemm għal ħaddieħor. Tista' ssegwi aktar HAWN.


Kyle Zarb