L-attur Matthew Sant Sultana kiteb appell forma ta' xewqa li għandu għal għeluq sninu. F'Mejju li ġej ser tkun qed issir attività kbira għal Kate, it-tifla li qed tikkumbatti kontinwament biex tegħleb l-ostakli biex timxi.

Saru diversi appelli dwar dan, saħansitra minn ommha Charmaine permezz ta' filmat li ppubblikat flimkien ma' Kate, fejn infurmat lill-pubbliku dwar l-avveniment Sports For Kate. Matthew kompla b'dan l-appell.    

"Naf naf u naf li nitlob wisq u napprezza ta kemm tgħinuni fuq ix-xogħol tiegħi, imma ser nitlobkom pjaċir tal-aħħar (il-kelma ġġib hekk). Fit-3 ta Mejja nagħlaq 29 sena (naf nidher ikbar), u min irid jaf immur nieħu żewġ grokkijiet il-Ġimgħa filgħaxija, ejjew għax nieħu buzz bikom.Imma aktar minn hekk fil-5 ta Mejju għandna ġurnata ma' Kate..."

F'dan l-avveniment ser ikun hemm bosta kantanti lokali, talenti u personalitajiet li ser ikunu parti minn din l-inizjattiva. "Hekk nixtieq għall-Birthday, li tiġu s'hemm u ngħinu lil Kate, u ovvjament nieħdu drink flimkien... u le mhux ser niġri jien."

Intom ser tkunu hemm?


Kyle Zarb