Marica Cassar hi persuna li lkoll nafuha għall-ġid li tagħmel u l-għajnuna li tagħti speċjalment fi ħdan Caritas Malta. Nhar il-Ħadd li għadda Marica għalqet 10 snin parti minn din l-organizzazzjoni li qed tkun hemm għal ħafna persuni.

"Illum grata li qed niċċelebra 10 snin ma' Caritas Malta! Din l-organizzazzjoni inkredibbli kienet dawl li tatni gwida, għallmitni lezzjonijiet imprezzabbli dwar il-ġudizzju, l-imħabba, u r-rispett," kitbet Marica. 

Hi żżid li tinsab lesta u ħerqana biex tkompli twettaq din il-ħidma tagħha, u tħares 'il quddiem għal 10 snin oħra fi ħdan l-organizzazzjoni. Waqt il-podkast tagħna ta' Kellymni Marica tkellmet ma' Melanie Kelly dwar il-missjoni tagħha li hi tant għal qalbha fi ħdan Caritas, kif ukoll dwar il-bidu tagħha fi ħdanha.

Prosit Marica, nammirawk immens!

Facebook/ Marica Cassar


Kyle Zarb