Sa ftit żmien ilu, f'parti mill-Pakistan il-persuni b'kundizzjoni ta' saħħa mentali kienu jispiċċaw il-ħabs. Sakemm mara Maltija tiftaħ dar fil-Pakistan. Din id-dar isemmuha 'D-Dar tal-mirakli'. Din il-mara Maltija talbet lis-sorijiet biex jieħdu ħsieb din id-dar. F'intervista esklussiva li tista ssib hawn isfel, Sr Nathalie tgħidilna li "...dawn il-persuni huma għajb għall-familja. Ħafna drabi jżommuhom magħluqin id-dar".

Issa anke l-puluzija qedgħin jgħinu, għax jekk jaraw lil xi ħadd fi triq waħdu qed iġġibuhom f'din id-dar. Is-sorijiet tal-karita qedgħin jgħinu lil dawn in-nies u jofrulhom għajnuna kbira u ħafna imħabba.

"L-importanti li jħossu li huma maħbubin u li jkollhom dinjita." - Sr Nathalie

Dawn is-sorijiet jgħixu bil-providenza, kuljum. Barra r-residenti ta' din id-dar qedgħin jiġu anke nies oħra għall-karita. Sr. Nathalie tgħidilna li huma jgħinu lil kulħadd "Aħna ngħatu u l-Mulej jiprovdi". 

F'din l-intervista, Sr. Nathalie titkellem fuq tifel li ma jmur jarah ħadd. F'Jum l-omm dan it-tifel kiteb kanzunetta lil ommu iżda ommu ma tfatċatx. 

Għada Xarabank ser ikun iddedikat lil Dar tal-Providenza u lid-Dar tal-Mirakli fejn ser jinġabru flus biex ngħinu lil dawn in-nies. It-tim ta' Gwida.mt jixtieq jawgura kull suċċess lit-tim ta' Xarabank għall-programm. Nafu kemm ikun programm diffiċli imma persważi li l-poplu Malti se jkun hemm bhal dejjem.


Anthony Baldacchino