Ir-riżultat lest u ġie mħabbar uffiċjalment mill-preżentaturi Clare Agius, Keith Demicoli u Moira Delia. L-ewwel ma tħabbar kien il-vot tal-ġurija, imbagħad sirna nafu l-ammonti ta' voti mill-pubbliku.

Fit-tielet post ġiet il-kanzunetta M'hawnx bħalek kantata minn Jasmine, kliem Philip Vella u kompożizzjoni ta' Glen Vella. Fit-tieni post klassifikaw Drakard u Lisa bil-kanzunetta Jekk Mhux Int, kliem ta' Emil Calleja Bayliss u kompożizzjoni ta' Cyprian Cassar. Id-dwett rebaħ il-vot tal-pubbliku.

Ir-rebbieħ illejla kien Gianluca Bezzina bil-kanzunetta Sabiħa, fejn rebaħ il-voti tal-ġurija. Il-kliem kien ta' Joe Julian Farrugia u l-kompożizzjoni ta' Philip Vella.

Gianluca waqt li wera l-gratitudni tiegħu lejn kull min appoġġjah u lejn il-ħidma qawwija ta' Festivals Malta u t-tim kollu involut f'Mużika Mużika, għadda messaġġ bid-diska tiegħi biex wieħed ma joqgħodx lura milli jgħid lill-mara tiegħu kemm hi sabiħa.

Prosit Gianluca, kif ukoll prosit lill-parteċipanti kollha inkluż l-awturi u kompożituri kollha. 

Ta' min ngħidu li, Jasmine rebħet il-premju L-Aqwa Interpretazzjoni bil-kanzunetta M'hawnx bħalek, kif ukoll il-Mro Ryan Paul Abela rebaħ L-Aqwa Arranġament bil-kanzunetta Fuq Pultruna kantata minn Mark Micallef Costa.

Awguri u Prosit lill-parteċipanti, awturi u kompożituri kollha!

Festivals Malta


Kyle Zarb