Fl-aħħar ġimgħa, Trudy tkellmet ma' Maxine Aquilina dwar it-tqala tagħha, u f'dik l-intervista, Trudy żvelat li hi ma jistax ikollha tfal minħabba episodju li għaddiet minnu mal-eks raġel tagħha fil-passat. Wieħed jista' jara l-intervista sħiħa HAWN.

Hi tkellmet fil-qosor dwar il-fatt li kellu jgħaddi ż-żmien biex taċċetta din ir-realtà u ovvjament in-nies mhux dejjem jifhmu għala persuna ma jkollux tfal. Kultant bla ma rridu nitkellmu mingħajr ma naħsbu. Ftit jiem wara l-intervista, proprju lbieraħ filgħaxija Trudy qasmet ritratt sabiħ mmens.

Trudy qasmet ritratt mill-isbaħ flimkien mat-tarbija tal-ħabiba tagħha Tezara, "Għat-tieni darba biss fl-aħħar 20 sena żammejt tarbija llum. Tarbija sabiħa u li għadha kif twieldet. Il-fatt li ma nistax ikolli t-tfal jien stess, u li tlift lil sħabi li jkollhom it-tfal fisser li tlift din l-esperjenza sabiħa. Iżda Tezara Saliba ma żammitx lura. Hi tatni lil Ben dritt fuqi. Hu verament ħelu. Sabiħ."

B'ċajta Trudy tgħid li ma tistax tistenna l-waqt li tieħdu xi ġirja magħha jew inkella f'xi pub għal xi shots flimkien.


Emil Calleja Bayliss