"Emozzjoni ħelwa-morra oħra hekk kif insellem lil Isabel, karattru ieħor li esperjenzajt u li, minkejja ċ-ċokon tagħha fi plott ferm ikbar, ħassejtha sħiħa u kompleta għalija għax stajt nirrelata magħha." Dan kien kliem l-attriċi Gertrude Borg Marks fuq Facebook dwar il-karattru tagħha f'Iċ-Ċaqqufa.

Kompliet, "Dik li bdiet bħala mara sempliċi u medjokri saret mara ta' reżiljenza kbira, bil-qawwa ġewwinija tagħha moħbija fl-abbissi tas-silenzju tagħha." Żiedet, "Saħħa, Isabel. Qsamna xi affarijiet komuni flimkien, imma jien dort magħhom mod ieħor."

Irringrazzjat ukoll lit-tim tal-produzzjoni kollu u lill-atturi ewlenin li ħadmet magħhom matul din il-produzzjoni talli għenuha tagħti l-ħajja lil Isabel.


Gwida.mt