Il-paġna Valletta Cultural Agency kitbet dwar aħbar li żgur ser tferraħ lil bosta, speċjalment dawk kollha li forsi xtaqu jattendu għall-kunċert ta' Mary Spiteri imma ma rnexxilhomx.

"Fuq talba ġenerali, il-kunċert Mary Spiteri: My Life li ttella' f'April issa ser jintwera fuq ONE TV fit-30 ta' Settembru fit-20:30. Jekk ma stajtux tkunu preżenti dakinhar, issa huwa ċ-ċans li tgawdu dan il-kunċert bijografiku fejn din il-kantanta popolari Maltija taqsam mal-udjenza uħud mill-esperjenzi personali ta' matul il-karriera twila tagħha fix-xena mużikali."

M'għandnix xi ngħidu, jekk inti attendejt diġà għal dan il-kunċert, issa għandek iċ-ċans li terġa' tgħix din l-esperjenza. Ser tkun qed issegwih fit-30 ta' Settembru li ġej?!

Facebook/ Jason Micallef


Kyle Zarb