Proprju llum l-attur veteran Dorian Micallef jiċċelebra t-30 sena anniversarju tiegħu, flimkien ma' martu Frida. Il-koppja żżewġu lura fit-23 t'April tal-1994.

Lil Dorian ilna narawh għal dawn l-aħħar snin fix-xena tal-ispettaklu f'produzzjonijiet televiżivi fosthom Division 7Jackpot 4Il-KlinikaUlied il-Lejl, Dell Minsi Għaqda Għoqda.

F'dan il-jum ferm speċjali, Dorian ta' 53 sena, anke kiteb poeżija mill-isbaħ iddeddikata lill-għażiża martu.


Flimkien fraħna, dħakna u bkejna,
f'kull problema id f'id imxejna.
Ta' xulxin il-wens fittxejna,
u niħabbu qatt m'għajnejjna.

Qasir wisq narah il-ħin,
meta nkunu ħdejn xulxin.
Lanqas rajthom għaddejjin,
tletin sena miżżewġin.

Inħobbok mara!

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Dorian u martu fl-anniversarju tagħhom!


Cristian Tonna