Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Infrastructure Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoin rigward wieħed mill-aktar proġetti riċenti li kienu qed jaħdmu fuqu. Bdew billi qalu, “Fl-aħħar xhur bnejna mill-ġdid il-pont tal-Bidnija, li jinsab fil-limiti tal-Mosta. Flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ħdimna fuq disinn ġdid tal-istruttura tal-pont b’dan llum qed ittejjeb il-mogħdija tal-ilma tax-xita fil-wied biex nippreservaw l-ekosistemi li jgħixu f’dan l-abitat.”

Komplew billi qalu, “Niżżilna 36 pilastru tal-konkos f’fond sa 17-il metru taħt l-art biex fuqhom poġġejna l-pont il-ġdid. Għaddejna s-servizzi tat-triq minn culvert maħdum apposta fl-istruttura tal-pont, u introduċejna bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat biex nipprovdu aċċess pedonali sigur u separat mill-vetturi. ”


Charlton Cefai