Matul l-aħħar jiem, ħafna siġar madwar Malta kellhom imdawrin magħhom biċċiet tad-drapp roża li ħadd ma seta' jifhem kif spiċċaw hemm. Bosta ħasbu li kienu parti minn protesta kontra l-qtugħ eċċessiv tas-siġar, waqt li oħrajn ħasbu li kienu siġar immarkati biex jinqatgħu.

No description available.

Fl-aħħar skoprejna li din mhi xejn għajr kampanja promozzjonali organizzata mill-kumpanija teatrali nazzjonali, Teatru Malta, hi u tipprepara għall-produzzjoni li jmiss tagħha: Dik is-Siġra f'Nofs ta' Triq.

Dan id-dramm, b'kitba ta' Immanuel Mifsud u bid-direzzjoni ta' Chris Gatt u Paul Portelli, hu forma ta' attiviżmu teatrali li jitkellem dwar kwistjonijiet ambjentali kurrenti permezz tar-realiżmu maġiku u l-kreattività ta' artisti varji. Hija wkoll l-ewwel kollaborazzjoni bejn Teatru Malta u l-organizzazzjoni teatrali indipendenti, Teatru Anon.

Mela jekk tixtieq tkun parti minn xi ħaġa li tiddiskuti din il-kwistjoni kurrenti, żgur m'għandekx titlef din il-produzzjoni! Għal aktar dettalji, agħfas HAWN.

Teatru Malta


Bradley Cachia