Anne Marie Grech, mart il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, li hi għalliema tagħmel aċċen importanti għall-kotba u l-qari f'dan il-jum li jfakkar il-ktieb u d-dritt tal-awtur. Jum li fih tassew niċċelebraw il-letteratura u l-istejjer li joħolqu tant awturi madwar id-dinja.

Hi tikteb, "Illum, speċjalment f’diversi skejjel qed niċċelebraw Il-Jum Dinji Tal-Ktieb u d-Dritt Tal-Awtur. Il-ktieb u l-qari jagħtuna l-għarfien meħtieġ biex nifhmu aħjar id-dinja ta’ madwarna. Ma nistax ma nurix l-apprezzament tiegħi lejn id-dedikazzjoni tal-awturi u l-kittieba Maltin."

Għandna tassew inkunu kburin b'tant kittieba Maltin u Għawdxin li qed iwasslulna tant kotba tajbin, bi stejjer rikki li jħalluk imwaħħal mal-ktieb. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jersaq lejn il-kotba u jesplora l-maġija li kapaċi joffru.

Facebook / Anne Marie Grech


Emil Calleja Bayliss