Ħafna għadhom taħt xokk bit-telfa tal-għażiża Leanne Schembri, tfajla ta’ 26 sena li ħallietna fit-18 t’April. Iżda biex titfakkar il-memorja sabiħa ta’ Leanne, il-familja tagħha ġabru donazzjonijiet għal Puttinu waqt iċ-ċelebrazzjoni tagħha.

“Ġest t’imħabba mill-familja ta’ Leanne li għalkemm tilfu anġlu sabiħ, taw id-donazzjoni ta’ €5,800 lil Puttinu miċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tal-maħbuba tagħhom,” kitbu l-paġna ta’ Puttinu.

Leanne kienet tfajla simpatika u dejjem bi tbissima fuq wiċċha. Minkejja li batiet l uġigħ fis-skiet minħabba l-kundizzjoni tagħha, dejjem kienet lesta biex tgħin lil ta’ madwarha, speċjalment dawk l-iktar fil-bżonn, l-iktar it-tfal u l-ġenituri tagħhom. Hi baqgħet tiġġieled sal-aħħar biex tfiq u permezz ta organ donation, il-cornea tagħha għadhom jgħixu f’żewġ pazjenti oħrajn.”

“Minħabba li Leanne ibbenefikat darbtejn mis-servizzi ta’ Puttinu, tnisslet fiha mħabba lejn din l-NGO li tant tgħin nies fil-bżonn. Għalhekk, intalbu donazzjonijiet minflok fjuri fil-funeral tagħha u nġabbret is-somma sabiħa ta €5,800. Puttinu ser ifakkar il-memorja tagħha permezz ta’ plakka fi kċina tal-bini ġdid f’Londra.”

Facebook/Puttinu Cares


Bernard Xuereb